Aħbar tajba

Dal-programm irrekordjat twil 8 minuti huwa maħsub għal dawk in-nies li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jattendu l-Quddiesa tal-Ħadd, jew għal dawk ukoll li jixtiequ jisimgħu omelija qasira għal-Liturġija tal-istess Quddiesa.

Waqt il-programm, sekular, soru jew saċerdot se jidhru jitkellmu f’postijiet differenti minn ġimgħa għall-oħra, minn fejn se jispjegaw l-Evanġelju u kif wieħed jista’ jipprattika dan it-tagħlim fil-ħajja ta’ kuljum. Il-qari se jkun irreġistrat u mżewwaq bil-viżwali.

Niġu infurmati wkoll dwar l-attivitajiet li se jkunu qed isiru fil-parroċċa, jew informazzjoni oħra relatata mal-post/knisja li nkunu qed niġbdu l-filmati fiha.

Episode #27

Il-Knisja ddedikata lill Santa Marija li tinsab tal-Ibraġġ huwa l-post fejn Fr James Saydon ser jagħmel l-ispjega tal-Evanġelju tal-5 Ħadd tar-Randan.

Fr James huwa qassis żgħażugh li mhux l-ewwel darba li qed jgħamel għall dan il-programm. L-Evanġelju li ser jinqara huwa skont San Ġwann fejn Ġesu kien qed ikellem lill poplu fit-tempju u xi fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qalulu bil-liġi ta’ Mose, fejn suppost din kellha tiġi mħaġġra. Imma Ġesu tahom tagħlima li żgur anke lilna tgħamlilna ħafna ġid jekk naħsbu u nattwawha. Dik li ma għandnix niġġudikaw lill ħaddiehor. Ħija faċli jew diffiċli li tagħmel dan kulljum.? Segwu Aħbar Tajba ta’ din il-ġimgha fejn jista’ jkollkom it-tweġibiet kollha.

Ixxandar: 6 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -16 ġurnata
15 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN