Aħbar tajba

Dal-programm irrekordjat twil 8 minuti huwa maħsub għal dawk in-nies li għal xi raġuni jew oħra ma jkunux jistgħu jattendu l-Quddiesa tal-Ħadd, jew għal dawk ukoll li jixtiequ jisimgħu omelija qasira għal-Liturġija tal-istess Quddiesa.

Waqt il-programm, sekular, soru jew saċerdot se jidhru jitkellmu f’postijiet differenti minn ġimgħa għall-oħra, minn fejn se jispjegaw l-Evanġelju u kif wieħed jista’ jipprattika dan it-tagħlim fil-ħajja ta’ kuljum. Il-qari se jkun irreġistrat u mżewwaq bil-viżwali.

Niġu infurmati wkoll dwar l-attivitajiet li se jkunu qed isiru fil-parroċċa, jew informazzjoni oħra relatata mal-post/knisja li nkunu qed niġbdu l-filmati fiha.

Episode #28

L-ispjega ta’ dan l-Evanġelju skont San Luqa 19.28-40 qed jirrakkonta meta Ġesu rikeb fuq felu u huwa u għaddej xi nies firxu l-imnatar tagħhom fit-triq u bdew jgħidu :

“Imbierek is-Sultan li ġej f’isem il-Mulej! Sliem fis-sema, u glorja fl-ogħla tas-smewwiet!”

Xi wħud mill-fariżej li kienu qalb il-folla qalulu: “Mgħallem, ċanfarhom lid-dixxipli tiegħek!”. Iżda hu weġibhom u qal: “Ngħidilkom li, jekk jisktu huma, jgħajjat il-ġebel”. Vanġelu li qed jirrakkonta dak li l-Ħadd niċċelebraw jiġifieri ĦADD IL-PALM.

Fr Louis Mallia mssp, ser jagħmel it-tifsira tiegħu. Nistgħu ngħidu li dan il-Ħadd huwa l-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cpi Media, direzzjoni ta’ Marthese Brincat

Ixxandar: 13 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -8 ġurnata
15 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN