Aħbar Tajba

AĦBAR TAJBA Il-programm Aħbar Tajba li issa ilu għall snin jiġi prodott mic-CPi media, ser ikompli anke għall din is-sena, fejn wara li jinqara l-Evanġelju tal-Ħadd li jinqara fil-knejjes, diversi mistiedna jagħtu t-tifsira ta’ dak li ried iwassal Ġesu lill min ried jisimgħu.  Il-valuri Kristjani li mhux biss jgħinuna biex ngħixu aħjar, imma anke jgħinuna nifmhu lill ħaddieħor u nirrelataw aħjar magħhom.   Programm ta’ 10 minuti li anke għall dawk li ma jattendux il-quddiesa tal-Ħadd, ikunu jistgħu jisimgħu kelma tajba u ta’ kuraġġ.

Episode #8

Illum il-Knisja universali tiċċelebra lill Kristu Re. Għalhekk l-Evanġelju skond San Mattew qed jirrakkonta meta Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu; “Meta jiġi Bin il-Bniedem fil-glorja tiegħu u bl-angli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuz tiegħu u quddiemhu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred in-nagħaġ mill-mogħos; in-nagħaġ iqegħedom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoz fuq ix-xellug”. Il-kliem ta’ Ġesu’ jkompli, imma Fr Karm ser jitkellem ukoll dwar l-Evanġelju kollu kif jinqara fil-knejjes tagħna. Min huma n-nagħaġ, min huma l-mogħoz? Kif għandna ngħixu biex dejjem inkunu ħenjin u nistennew li mmorru ngħixu għall eternita’ ma’ Alla ?
Segwu AĦBAR TAJBA tal-lum biex nifmhu dak li Alla tassew irid minnha.
Produzzjoni ezekuttiva ta’ Cpi Media. Direzzjoni ta’ Paul Jones.

Ixxandar: 21 ta' Novembru 2020
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 1 ġurnata
45 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN