Aħbar Tajba

Aħbar Tajba se jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fid-09:00 minn Ottubru. Se jiffoka dwar l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes tagħna fil-Ħdud u l-festi. Barra minn hekk, se jkun fih żewġ features oħra li se jeħduna f’ambjenti oħra biex inkunu nistgħu ngawdu t-teżori li għandna f’Malta marbuta mal-ambjent, il-knejjes, postijiet ta’ interess u l-bqija. Fl-ewwel taqsima, Keith Demicoli, il-host tal-programm, se jitkellem ma’ misteiden speċjali dwar suġġett morali. Fr Louis Mallia mssp se jkun is-saċerdot li se jitkellem u jispjega l-Evanġelju, xi drabi anke flimkien ma’ nies oħra li jinteressahom jgħixu l-ħajja Kristjana. Żgur li dan il-programm se jolqot diversi etajiet u nies minn diversi oqsma tal-ħajja. Aħbar Tajba għandu produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi media u direzzjoni ta’ Paul Jones

Episode #2

F’dan it-tieni programm Keith Demicoli fl-ewwel parti tal-programm ser jitkellem ma’ Clive Seychell dwar ir-relevanza tar-reliġjon fil-ħajja tal-bniedem.
Xi tfisser li jkollok relazzjoni ma’ Alla? U din kif trawwimha fil-ħajja tiegħek? Waqt id-diskussjoni ser naraw intervista qasira ma Fr Alex Busuttil mssp waqt skype fejn kellimna wkoll dwar l-esperjenza tiegħu tar-reliġjon fil-ħajja tal-fqar fil-Perù. Fit tieni parti Cynthia Zerafa tkellmet ma’ Fr Tony Sciberras mssp dwar min kien Mons Giuseppi De Piro u anke ser tagħtina tagħrif dwar il-Knisja ta’ Sant’Agata fir-Rabat.
Fl-aħħar parti ser naraw lil Fr Louis Mallia mssp, jispjega l-evanġelju li jinqara fil-knejjes matul il-ġurnata tal-Ħadd.
Produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Keith Demicoli u Cynthia Zerafa. Direzzjoni ta’ Paul Jones.

AĦBAR TAJBA nhar il-Ħadd 10 ta’ Ottubru fid-09.00 fuq TVM.

Ixxandar: 10 t'Ottubru 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -41 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN