Awtokura

Awtokura huwa programm dwar is-saħħa u l-istil ta’ ħajja, ippreżentat minn Lara Azzopardi. B’esperjenza professjonali bħala infermiera, Lara se tgħaddi lit-telespettaturi l-esperjenzi u l-għarfien tagħha dwar diversi suġġetti. Kull episodju ta’ Awtokura se jeżamina u jiddiskuti suġġett ġdid relatat mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja u għal kull suġġett, Lara se tintervista lil xi professjonisti fil-qasam. Fost l-episodji preċedenti ta’ Awtokura nsibu d-dieta, l-eżerċizzju, id-dijabete, il-kura tal-ħalq, l-antibijotiċi, is-saħħa sesswali, eċċ.

Bis-sehem ta’ aktar minn 50 tabib u professjonist tal-kura tas-saħħa, il-valur ta’ Awtokura kiber immens u għal ħafna telespettaturi sar appuntament ta’ kull ġimgħa li ma jitilfuhx. Is-saħħa hija suġġett li dejjem jinbidel u jikber, u Awtokura għandu l-għan li jinforma u jeduka lit-telespettaturi dwar kif jgħixu ħajja aktar b’saħħitha.

Episode #10

Ixxandar: 8 ta' Diċembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 24 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN