BOV Premier League

Lura fuq TVM2 għal dal-istaġun, l-aqwa partiti mxandra dirett kif ukoll ittardjati mill-BOV Premier League fil-format il-ġdid ta’ 14-il tim jilagħbu 2 rounds.

Minn ġimgħa għall-oħra, TVM2 se jieħu lit-telespettatur il-ground fil-kumdità ta’ daru għas-26 ġurnata kollha tal-kampjonat.

Kollegamenti diretti kemm qabel kif ukoll wara l-partiti jżommu aġġornati lid-dilettanti tal-futbol bi klassifiki u statistiki, waqt li n-numru ta’ kameras u super-slow-motion iqarrbuk iktar lejn l-esperjenza tat-‘tistħajlek qiegħed hemm.’

Fil-pakkett se jkun hemm inklużi wkoll il-BOV Super Cup f’Diċembru, partiti mill-fażijiet ta’ kwalifikazzjoni u l-finali f’Mejju tad-The Malta FA Trophy, u fl-aħħar tal-istaġun, il-play-offs tar-relegazzjoni u tal-promozzjoni, u possibilment xi deciders ukoll.

Qormi vs Hibernians

Ixxandar: 25 ta' Novembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 11 ġurnata
120 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN