F’Ġieħ l-imħabba – It-Tieni Staġun

F’ĠIEĦ L-IMĦABBA ħafna drabi twassalna nagħmlu ħafna sagrifiċċji, u xi drabi twassalna nagħmlu ħafna ħmerijiet ukoll… L-istorja ta’ bejn il-familja Cuppola li kienet imsawra fuq dawn il-prinċipji, u dik tal-familja Garsena… ma tagħmilx għajb għal dan. Kemm Emilio Garsena kif ukoll Giuseppe Cuppola kienu lesti jagħmlu kollox f’Ġieh l-imħabba li kellhom lejn il-poter u l-familja.  L-affarijiet jikkomplikaw ruħhom aktar meta l-familja Patras, apparti mill-imħabba li kellhom dawn, kellhom ukoll imħabba kbira lejn dak kollu li kien illeċtu.  It-tieni staġun ta’ F’Ġieħ l-Imħabba se jwassalna nifhmu kif u għaliex dawn il-familji spiċċaw hekk.

 

Episode #21

Angelo mar għand Salvatore… x’akkużah lil Angelo… u Angelo x’qallu dwar Karla? Elena x’qaltlu lil Sergio fuq Salvatore u fuq is-sitwazzjoni li jinsabu fiha? Ġużi marret tara lil Laura… dwar xiex tkellmu? Riccardo kellem lil Salvatore… x’wissieh?… u x’dubju daħħallu f’moħħu? X’qallu dwar Karla u l-manuvri tagħha? X’reazzjoni kellu? Intant Salvatore qallu dwar l-inċident li kellu snin qabel waqt li kien qed isuq xurban. Giorgio kellem lil ħaddiema… iżda x’risposta kellu mingħand Elena? Sergio telaq jiġri jiltaqa’ ma’ Elena… x’ħejjiet… tgħid jieħu pjaċir bil-pjanijiet li għandha għalihom?

Ixxandar: 23 ta' Frar 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 29 ġurnata
60 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN