F’Ġieħ l-imħabba – It-Tieni Staġun(R)

F’ĠIEĦ L-IMĦABBA ħafna drabi twassalna nagħmlu ħafna sagrifiċċji, u xi drabi twassalna nagħmlu ħafna ħmerijiet ukoll… L-istorja ta’ bejn il-familja Cuppola li kienet imsawra fuq dawn il-prinċipji, u dik tal-familja Garsena… ma tagħmilx għajb għal dan. Kemm Emilio Garsena kif ukoll Giuseppe Cuppola kienu lesti jagħmlu kollox f’Ġieh l-imħabba li kellhom lejn il-poter u l-familja.  L-affarijiet jikkomplikaw ruħhom aktar meta l-familja Patras, apparti mill-imħabba li kellhom dawn, kellhom ukoll imħabba kbira lejn dak kollu li kien illeċtu.  It-tieni staġun ta’ F’Ġieħ l-Imħabba se jwassalna nifhmu kif u għaliex dawn il-familji spiċċaw hekk.

 

Episode #15

Angelo qal lil Salvatore li Giuseppe ma setax kien fuq il-vapur li sploda… għaliex qal hekk? Min ċempel lil Salvatore u x’wissieh…? Elena u Sergio kienu qed jitkellmu u raw lil xi ħadd dieħel bilġri d-dar… min? Concetta qalet lil Savatore li kien hemm Angelo jistennnieh fil-ġnien… dwar xiex qalilha li kienu tkellmu? X’qaltlu fuq Agatha? Għaliex lil Karla ma riduhiex tidħol id-dar tal-Cuppola… x’qaltilha lil Elena u għaliex imminaċċathom kollha kemm huma? Fredu x’mar jagħmel il-maħżen għaliex Berto ma ħax pjaċir li kien mar? Riccardo xi staqsieh lil Berto?

Ixxandar: 10 ta' Jannar 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -20 ġurnata
-1380 minuta

Aktar Episodji

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN