F’Ġieħ l-imħabba – It-Tieni Staġun(R)

F’ĠIEĦ L-IMĦABBA ħafna drabi twassalna nagħmlu ħafna sagrifiċċji, u xi drabi twassalna nagħmlu ħafna ħmerijiet ukoll… L-istorja ta’ bejn il-familja Cuppola li kienet imsawra fuq dawn il-prinċipji, u dik tal-familja Garsena… ma tagħmilx għajb għal dan. Kemm Emilio Garsena kif ukoll Giuseppe Cuppola kienu lesti jagħmlu kollox f’Ġieh l-imħabba li kellhom lejn il-poter u l-familja.  L-affarijiet jikkomplikaw ruħhom aktar meta l-familja Patras, apparti mill-imħabba li kellhom dawn, kellhom ukoll imħabba kbira lejn dak kollu li kien illeċtu.  It-tieni staġun ta’ F’Ġieħ l-Imħabba se jwassalna nifhmu kif u għaliex dawn il-familji spiċċaw hekk.

 

Episode #16

Riccardo x’qallu lil Fredu metta sar jaf li Ġużi kienet ħallset lil xi ħadd biex joqtol lil Emilio? Elena u Sergio marru jgħidu lil Salvatore dak li kien ġara ma’ Karla… x’qalilhom? X’qalet Erminia xħin Nina qaltilha li Emilio kien miet? Agatha tat parir lil Salvatore dwar Karla… tgħid jieħdu? Kif qed iħossu? Salvatore mar għand Karla… x’qaltlu u għaliex teleq ‘l barra? Riccardo mar għand Lorenzo… x’qalu dwar l-isplużzjoni u x’qallu Nino? Erminia fejn sejra?

Ixxandar: 17 ta' Jannar 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -23 ġurnata
-1380 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN