F’Ġieħ l-imħabba – It-Tieni Staġun(R)

F’ĠIEĦ L-IMĦABBA ħafna drabi twassalna nagħmlu ħafna sagrifiċċji, u xi drabi twassalna nagħmlu ħafna ħmerijiet ukoll… L-istorja ta’ bejn il-familja Cuppola li kienet imsawra fuq dawn il-prinċipji, u dik tal-familja Garsena… ma tagħmilx għajb għal dan. Kemm Emilio Garsena kif ukoll Giuseppe Cuppola kienu lesti jagħmlu kollox f’Ġieh l-imħabba li kellhom lejn il-poter u l-familja.  L-affarijiet jikkomplikaw ruħhom aktar meta l-familja Patras, apparti mill-imħabba li kellhom dawn, kellhom ukoll imħabba kbira lejn dak kollu li kien illeċtu.  It-tieni staġun ta’ F’Ġieħ l-Imħabba se jwassalna nifhmu kif u għaliex dawn il-familji spiċċaw hekk.

 

Episode #19

X’qed jiċċelebraw Silvio u Riccardo? Lil min iridu jħallsu? Gino u Angelo marru d-dar ta’ Salvatore… x’qalu fuq Giuseppe u dwar il-mewt tiegħu? Gino qed iħossu nkwetat ħafna… x’ġaralu? Għaliex Karla reġgħet marret id-dar ta’ Salvatore? X’għamel Silvio biex irrabja lil Riccardo daqshekk? Luiġi għamel dikjarazzjoni lil Laura… flimkien naraw x’kienet… iżda xi ħadd mar ikellmu dwar dak li kien ġara… min? Lucija għaliex marret tkellem lil Agatha?… x’wissietha dwar Karla? X’issuġġeriet li jagħmlu?

Ixxandar: 7 ta' Frar 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 8 ġurnata
-1380 minuta

Aktar Episodji

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN