F’Ġieħ l-imħabba – It-Tieni Staġun(R)

F’ĠIEĦ L-IMĦABBA ħafna drabi twassalna nagħmlu ħafna sagrifiċċji, u xi drabi twassalna nagħmlu ħafna ħmerijiet ukoll… L-istorja ta’ bejn il-familja Cuppola li kienet imsawra fuq dawn il-prinċipji, u dik tal-familja Garsena… ma tagħmilx għajb għal dan. Kemm Emilio Garsena kif ukoll Giuseppe Cuppola kienu lesti jagħmlu kollox f’Ġieh l-imħabba li kellhom lejn il-poter u l-familja.  L-affarijiet jikkomplikaw ruħhom aktar meta l-familja Patras, apparti mill-imħabba li kellhom dawn, kellhom ukoll imħabba kbira lejn dak kollu li kien illeċtu.  It-tieni staġun ta’ F’Ġieħ l-Imħabba se jwassalna nifhmu kif u għaliex dawn il-familji spiċċaw hekk.

 

Episode #20

Elena xtaqet tiekol il-ħobż mixwi fil-kċina hdejn is-servitú… għaliex hi u Bernardette bdew jinku lil Agatha? X’tatha Agatha meta Bernardette telqet ‘l barra mill-kamra? X’inhu jiġri? Agatha tellegħet kikkra kaffé sewda lil Salvatore…x’intqal bejniethom? Min ra kollox u ma’ min marret tiltaqa’ Elena? … min hi u kif kienet taf daqshekk affarijiet dwar il-familja Cuppola? Salvatore mar ikellem lill-ommu dwar Giuseppe… x’qalu? U għaliex ma ħaditx pjaċir li Karla reġgħet marret tgħix id-dar tagħha? Fil-ġnien tal-familja Cuppola kien hemm ħafna ġurnalisti… x’dikjarazzjoni tat Karla u għaliex Salvatore kien irrabjat bil-kbir?

Ixxandar: 14 ta' Frar 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 15 ġurnata
-1380 minuta

Aktar Episodji

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN