F’Ġieħ l-imħabba

F’Ġieħ l-Imħabba huwa rakkont li jaf il-bidu tiegħu fis-snin ħamsin tas-seklu l-ieħor. Dan ir-rakkont se jlaqqagħna mill-qrib mal-familji Cuppola, immexxija minn Giuseppe, iben Santiago, u l-familja Garsena, li bħala kap għandha lil Emilio. Żewġ familji msejsa fuq ix-xogħol u l-imħabba lejn dak kollu li jappartjeni għall-familja. Flimkien se naraw rakkont intriganti li, minn episodju għal ieħor, se jżommna nixxennqu biex nifhmu kif u għaliex se jseħħ dak kollu li jseħħ.  Għalkemm iż-żewġ familji għamlu li għamlu f’isem l-imħabba… hemm min iħares lejn l-għemil bħala turija, u min iħares lejh bħala tpattija, bil-konsegwenzi għal kull interpretazzjoni.

 

Episode #27

Riccardo u Giacinto marru jgħidu lil Emilio dak kollu li kien ġara… kif ħadha u għaliex kien tassew urtat? Giuseppe x’qallu lil Salvatore dwar id-droga? Emilio daħal fil-kamra tas-sodda tagħhom… x’qaltlu Laura? U Emilio x’għamel? Fejn mar u ma’ min iltaqa’? Xi pjan għandha Erminia? Bernardette marret tfittex lil Karla… x’riedet tgħidilha? Elena kellmet lil Karla dwar l-affarijiet li kienu għaddejjin fil-familja… x’qaltilha u Karla kif irreaġġiet?

Ixxandar: 30 ta' Marzu 2020
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 295 ġurnata
60 minuta

Aktar Episodji

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN