GFA Round Up

TVM ikompli jarrikkixxi l-kontribut tiegħu għall-isports fuq it-televiżjoni billi jinkludi analiżi ta’ darba fil-ġimgħa dwar il-futbol f’Għawdex. GFA RoundUp se jagħti ħarsa lejn il-kampjonat Premier u kompetizzjonijiet organizzati mill-Gozo Football Association. Dan se jittratta wkoll suġġetti bħall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u n-nisa, il-klabbs tal-futbol Għawdxin u personalitajiet tal-passat. Se tingħata ħarsa wkoll lejn l-avvenimenti nazzjonali u internazzjonali tal-futbol li jsiru f’Għawdex. Mark Cini jippreżenta u jikkoordina din il-produzzjoni ta’ CVC media bi produzzjoni u direzzjoni ta’ James Scicluna.

Episode #1

Ixxandar 4 t'Ottubru 2018
Jibqa' jintwera sa 13 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN