Għaddi s’Hawn

Għaddi s’Hawn huwa programm ġdid fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-10:00 u 11:45. Il-programm se jkollu produzzjoni friska għall-aħħar. Antonella Vassallo se tlaqqagħna ma’ diversi personaġġi wara li  hi tkun għamlitilhom stedina. Kollha kemm huma, b’xi mod jew ieħor, ħallew impatt f’ħajjitna. Se niskopru wkoll x’hemm moħbi wara l-kwinti u iktar. L-importanti li ma tmurx b’idek f’idek. Dan il-programm se jiftaħ il-bieb għal dawk it-telespettaturi li dejjem kellhom ix-xewqa li jkunu protagonisti, għal dawk li jħobbu jidhru, dawk li jridu bidla f’ħajjithom, għal dawk li jilqgħu kull sfida, għall-ġirien, għall-ħbieb u għar-razza u r-radika. Imma dawn min huma? Intom ġejjin? Kunu lesti li tpoġġu bilqiegħda jew ibqgħu bilwieqfa jekk tridu; l-aqwa li tieħdu pjaċir u tirbħu r-rigali anke jekk ma tagħmlu xejn. Ma’ Antonella l-bieb miftuħ għal kulħadd!

Episode #20

Ixxandar: 22 t'Ottubru 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 12 ġurnata
105 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN