Għajta Waħda

Diversi artisti lokali ngħaqdu flimkien biex jipproduċu erba’ kunċerti virtwali bl-isem “Għajta Waħda u dan sabiex jippromwovu u jħeġġu l-għaqda nazzjonali. Uħud minn fost l-aqwa talent lokali ser ikunu qegħdin joffru ġeneri mużikali differenti, fosthom b’mużika popolari u produzzjonijiet klassiċi li jpaxxu l-widna.

L-ispettaklu se jikkonsisti f’mużika minn bands, fosthom il-Brass House Unit, Daniel mill-Big Band Brothers, Sterjotipi, The Crowns, The Busker, Relikc, Chris Grech, Raquela, Ozzy Lino, Amber, Gloriana, Ludwig Galea fost oħrajn. Membri tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jdoqqu siltiet mużikali pjaċevoli f’kull kunċert waqt li entitajiet kulturali lokali ser iżidu wkoll mal-valur artistiku ta’ dawn il-kunċerti nazzjonali.

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN