Gourmet Challenge

Gourmet Challenge huwa programm ġdid tat-televiżjoni fuq TVM. F’dan il-programm se jidhru 16-il kok aspirant u anke persuni dilettanti tal-kċina li se jkunu f’kompetizzjoni kontra xulxin u ġġudikati minn ġurija professjonali. F’kull programm se jkun hemm taqtigħa bejn tnejn minn dawn is-16-il parteċipant. Sal-aħħar tal-programm, iż-żewġ parteċipanti se jkunu ġġudikati minn tliet membri tal-ġurija u dan skont il-preżentazzjoni, il-kapaċitajiet tagħhom u anke l-esperjenza kulinari. Dawk bl-akbar numru ta’ punti se jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-programm, dejjem aktar viċin li jirbħu premji attraenti.

 

 

 

 

Episode #2

Ixxandar: 10 t'Ottubru 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 25 ġurnata
60 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN