Ħadd Għalik

Ħadd Għalik reġa’ lura għat-12-il staġun! L-aktar game show popolari f’Malta, b’timijiet li jirrappreżentaw gruppi opposti, jiggarantixxi tliet sigħat ta’ divertiment u daħq. Din is-sena se jkollna logħob ġodda, gruppi opposti ġodda u sfidi ġodda u bla dubju 9 xhur ta’ divertiment għall-familja kollha. Ħadd Għalik huwa ppreżentat minn Angie Laus flimkien ma’ Mario Coleiro u PJ Vassallo Mintoff.

Episode #28

Inti persuna li ssegwi l-moda? Tmur fashion shows u ssegwi x’qieghed jigri fl-Italja u fir-Renju Unit? jew tkun minn ta’ l-ewwel li tixtri xi libsa tad-ditta li tkun ghada kif harget? Mela ma’ tridx titlef Hadd Ghalik tal-gimgha d-diehla. Ser niltqghu ma’ nies li jippreferu jmorru jixtru l-hwejjeg milli johorgu jieklu. Sahansitra lanqas biss isservijhom il-paga! It-tim oppost taghhom huma l-izmattati, li fl-ghodu jaqbdu l-ewwel tibdila li tigi quddimom u jilbsu lilha. Bejnitna gili anke hargu b’kalzetti ma’ jaqblux u lanqas biss indunaw!

Hadd Ghalik, Il-Hadd f’12:15pm fuq TVM.

Ixxandar: 14 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -8 ġurnata
165 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN