Hygieia

Hygieia, li bil-Grieg tfisser alla tas-saħħa, se jiffoka fuq l-istil ta’ ħajja li ngħixu u li nistgħu nirranġaw. F’dan il-programm ta’ nofs siegħa se naraw filmati qosra ta’ tipi ta’ meditazzjoni, yoga u pilates li huma tajbin għal kulħadd u li jistgħu jsiru mill-kumdità ta’ darna. Flimkien ma’ tim ta’ professjonisti se nitkellmu fuq l-ikel, ix-xorb, is-sustanzi u l-vitamini li nsibu u li għandna bżonn kif ukoll xi ideat u riċetti ħfief li jsiru fi ftit minuti, li jkunu tajbin għas-saħħa u bnini fl-istess ħin. Suġġetti oħra se jkunu fuq il-pożittività, is-serenità, il-mentalità u kif għandna nieħdu l-ħajja b’mod pożittiv u seren. Fit-tim ta’ Hygieia se jerġa’ jkollna wkoll professjonisti mill-qasam tal-aromaterapija, taż-żjut essenzjali u tas-sapun naturali biex magħhom nitkellmu dwar kif isiru, il-benefiċċji tagħhom u kif inkunu nafu x’inhu tajjeb għalina speċjalment fejn tidħol is-saħħa mentali. Hygieia jerġa’ jirritorna kull nhar ta’ Sibt fil-11:30 bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Marika Caruana Smith.

Episode #4

Ixxandar: 23 t'Ottubru 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 14 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN