Hygieia

 

HYGIEIA li bil- Griek tfisser Alla tas-Saħħa ser jiffoka fuq l-istil ta’ ħajja li ngħixu u li nistgħu nirranġaw. Dan il-programm ta’ nofs siegħa ser naraw clips ta’ tipi ta’ meditazzjoni, yoga u pilates li huma tajbin għal kulħadd u li jistgħu isiru mil-kumdita ta’ darna. Flimkien ma’ tim ta’ professjonisti ser nitkellmu fuq ikel, xorb, sustanzi u vitamini li nsibu u li għandna bżonn kif ukoll xi ideat u riċetti ħfief li jsiru fi ftit minuti, li jkunu healthy imma fl-istess ħin bnini.  Suġġetti oħra ser ikunu fuq positivita, serenita, mentalita u kif għandna nieħdu l-ħajja b’mod posittiv u seren. Fit-tim tiegħi ser ikollna wkoll professjonisti mill-qasam tal-aromatherapy, żejt essenzjali u sapun naturali, kif isiru, l-benefiċċju tagħhom u kif inkunu nafu x’inhu tajjeb għalina speċjalment fejn tidħol is-saħħa mentali.  Personalitajiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali ser ikunu qed jaqsmu magħna l-esperjenza tagħhom, x’bidla għamlu f’ħajjithom u kif qed iħossuhom issa.

 

Episode #17

Ixxandar: 23 ta' Jannar 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 13 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN