Id-Dinja mill-Vatikan

Dal-programm twil 26 minuta jitfa’ dawl fuq l-aktar stejjer importanti tal-ġimgħa dwar il-Papa, il-Vatikan u l-Knisja Kattolika, minn perspettiva internazzjonali.

Il-programm ikopri mhux biss aħbarijiet reliġjużi, iżda wkoll stejjer mill-aspetti etiċi, umanitarji, kulturali u artistiċi.

Sa mill-2005, dal-programm televiżiv isir ta’ kull ġimgħa fil-format ta’ magazine, u sar punt ta’ riferiment globali f’dak li jirrigwarda aħbarijiet dwar il-Papa u l-Knisja. Bħalissa, il-programm qed jixxandar f’diversi pajjiżi, inklużi l-Istati Uniti, il-Brażil, il-Korea t’Isfel, l-Ungerija, il-Kroazja, ir-Repubblika Dominikana u l-Panama u għandu udjenza ta’ aktar minn 50 miljun ruħ minn madwar id-dinja kollha.

Episode #10

Ixxandar: 8 ta' Diċembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 24 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN