Ilsienna

Ilsienna hu sensiela ta’ dokumentarji qosra msejsa fuq intervisti ma’ persuni kompetenti fl-oqsma tal-Malti. Dan il-programm imur lil hinn mill-istorja u l-letteratura (mingħajr ma jeskludihom), u jevita n-narrattiva nostalġika li maż-żmien intisġet madwar il-Malti. Dan ifisser li l-immedjatezza t’ilsienna mhix se tiġi kkomunikata fuq livell formali biss, iżda wkoll fuq livell tematiku, b’referenzi attwali bħall-opportunitajiet ta’ xogħol marbuta mal-Malti, il-mużika popolari u alternattiva, u l-films.

L-intervisti se jinġibdu f’postijiet differenti – minn postijiet tax-xogħol sa djar privati – bil-għan li l-ambjent jirrifletti l-kuntesti differenti li fihom jitħaddem il-Malti, u se jkun hemm voice-over li tiffaċilita t-tranżizzjoni minn intervista għal oħra biex tagħti sens t’unità lil kull episodju b’mod li dawn l-episodji jservu wkoll ta’ riżorsa utli ħafna għall-għalliema tal-Malti.

Episode #11

Ixxandar: 10 ta' Diċembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 26 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN