Invenzjonijiet

Kemm nużaw affarijiet ta’ kuljum mingħajr ma nafu min ivvintahom jew minn fejn ġew.

Meta inti tilbes iċ-ċintorin, qatt tajt kas minn fejn beda l-oriġini tiegħu?

F’xi lejl xitwi u kiesaħ inti u dieħel fis-sodda biex titgezzez ġieli ħsibt min ħareġ bl-ewwel idea tas-saqqu u kif evolva maż-żminijiet, jew inkella l-imħadda. U l-kutra kif żviluppat minn biċċa drapp għall-kutra tal-elettriku jew inkella għall-kwilt?

Dan il-programm jagħti ħarsa qasira lejn dawn l-invenzjonijiet żgħar imma li mingħajrhom il-ħajja tagħna ta’ kuljum ma tkunx daqshekk komda.

L-għan huwa li fi ftit minuti, nagħtu ftit informazzjoni biex naqtgħu ftit mill-kurżitajiet.

Episode #10

Ixxandar: 7 ta' Diċembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 26 ġurnata
5 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN