It-Tieni Gwerra Dinjija F’Numri

Fir-rakkont tal-istorja tagħna nużaw statistika straordinarja, filmati u ritratti mill-arkivji, ittri u dokumenti u wirjiet fl-użu ta’ armi. F’din is-sensiela ħallatna filmati minn fuq il-post u intervisti ma’ ġenerazzjoni ġdida ta’ storiċi żgħażagħ u oħrajn diġà magħrufa li qed jeżaminaw mill-ġdid is-suppożizzjonijiet tagħna dwar kif il-gwerra ġiet miġġielda u mirbuħa. Ma’ dan kollu ħadna ħsieb li norbtu l-istorja tagħna flimkien man-numri u l-istatistiċi inkredibbli ppreżentati bil-grafika li jixhdu l-avvenimenti tal-gwerra u l-impatt tagħha, kemm fuq is-suldati kif ukoll fuq dawk in-nies ċivili li ħajjithom ġiet ittrasformata mill-kunflitt. Din is-sensiela għandha kitba ta’ Alexis Callus, moqrija minn Joe Dimech u muntaġġ ta’ Jonathan Farrugia. It-Tieni Gwerra Dinjija f’Numri hija produzzjoni ta’ Flash Productions.

Episode #3

Ixxandar: 23 ta' Novembru 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 10 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN