L-Għarusa – It-Tieni Staġun

L-Istorja tkompli mill-ewwel, l-għada tal-ballu bil-maskri, u insegwu ir-reazzjonijiet għal dak kollu li ġara.  Fosthom dik ta’ Arturo li issa jħossu imkisser bir-realta li għandu quddiemu għal dak li hu jħoss li huwa tradiment lejn il-familja ta’ bintu Bettina.  Għal Diego u Bettina l-affarijiet mhux ħa jkunu faċli mill-llum il-quddiem anke għaliex kull wieħed qed issib ruħu jiġġieled il-battalji personali tiegħu u mhux biss jiġġieled biex iżomm ħajja din ir-relazzjoni.  Septa difficilment titkellem fuq dak li taf dwar il-passat ta’ Diego, imma tagħtih biżżejjed x’jifhem biex iżommu viċin tagħha b’xi mod.

Fid-dar Gauci Fontana qed joqrob is-sajf u miegħu jaslu l-mistiednin Carlotta u Enrico, il-kuġini minn Sqalija u magħhom iġibu xebgħa nkwiet.  Mill-banda l-oħra, Fenech Lauri, li issa m’għadux imexxi l-indaġni fuq il-każ tal-qtil ta’ Bettina, detterminat ikompli ix-xoghol waħdu jew aħjar b’xi ftit għajnuna minn ibnu Karm.  Il-każ issa jgħaddi taħt ‘Abela’,  imma in-nuqqas ta’ kunfidenza ta’ dan taf ixxekel xi ftit l-indaġini jew forsi titfa’ dawl fuq elementi ġodda li jafu jkunu strumentali biex sa’ fl-aħħar nifhmu min kien tassew responsabli għal mewt ta’ Bettina.  Imma donnu il-karba tal-libsa tat-tieġ tal-vittma għada tidwi fil present hekk kif Liz u Alan jiskopru xi ħaġa li ilha mistura fil-libsa u lesta tixhed dak li taf fuq din l-istorja u sidha.

It-Tfal dejjem jerġgħu lura

Bettina qed tiddiskuti ma omma il-libsa tat-tieġ tagħha. Bettina ma tixtieqx li Vera tagħżel kollox li trid hi anzi tixtieq li tkun involuta fid-deċiżjoni. Amelia u Bert jargumentaw fuq il-ħajja tagħhom. Tonin jidħol ħdejhom u jara li Bettina qeda skomda waqt li Lucrezia u Vera qed jitkellmu fuq il-libsa u l-prepparamenti tat-tieġ tagħha, allura jiprova jara x’se jivinta biex jgħina toħroġ min ħdejhom. Bettina tirringrazzjaħ u tgħidlu inkun nafulek ta’ din u Tonin malajr jahtafa fil-pront. Tonin jitkellem ma Bert ukol dwar dan il-pjaċir. Min jaf xi pjaċir irid mingħand Bettina u Bert?
Bert qed jiddiskuti ma ħabib tiegħu is-sitwazzjoni tiegħu ma Septa. Amelia u Carlotta qed jipruvaw ikunu ċivili ma xulxin għaliex Bettina esprimit li x-xewqa tagħha li huma jkunu ħbieb.

Ixxandar: 21 ta' Jannar 2020
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 29 ġurnata
60 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN