L-Għarusa

L-Għarusa hija drama ġdida bi produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media Ltd; it-tim wara Strada Stretta.

L-istorja tiżvolġi meta s-sidien ta’ mużew, Alan u missieru, jixtru libsa ta’ tieġ tas-snin tletin, li għadha f’kundizzjoni tajba ħafna, biex iżiduha mal-kollezzjoni tagħhom. Madankollu l-libsa hija miżgħuda b’tifkiriet inqas feliċi. Sidt il-libsa, Bettina, żagħżugħa nobbli, instabet mejta b’dik il-libsa nhar it-tieġ tagħha filgħodu. Misteru ta’ qtil jiżvolġi fil-qalba ta’ storja ta’ mħabba, bi sfond kulturali ta’ ċirku tas-snin tletin. Storja ta’ mħabba waħda, li tiżvolġi fis-snin tletin, u oħra fil-preżent fejn Alan qiegħed jissielet mal-emozzjonijiet tiegħu għal apprendista, Liz; li ssaħħret mil-libsa u l-istorja warajha, tant li bdiet ir-riċerka tagħha stess dwar il-każ.

Episode #27

Amadeo inqabad u ma jafx kif ħa jirranġa l-affarijiet ma’ Bettina. Bettina għal darba jirnexxilha titkellem ma missierha b’mod differenti dan filwaqt li Bettina tiddeċiedi li tieħu opportunita mill-festin li qed torganizza ommha favuriha. Matul il-preparamenti tal-festin, Amelia issib xi ħaġa li ma kinitx qed tistenna. Is-superjur jaffaċċja lil Fenech Lauri dwar il-pilloli iżda jaħrablu minnha….

Ixxandar: 2 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -19 ġurnata
70 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN