L-Għarusa

L-Għarusa hija drama ġdida bi produzzjoni ta’ Sharp Shoot Media Ltd; it-tim wara Strada Stretta.

L-istorja tiżvolġi meta s-sidien ta’ mużew, Alan u missieru, jixtru libsa ta’ tieġ tas-snin tletin, li għadha f’kundizzjoni tajba ħafna, biex iżiduha mal-kollezzjoni tagħhom. Madankollu l-libsa hija miżgħuda b’tifkiriet inqas feliċi. Sidt il-libsa, Bettina, żagħżugħa nobbli, instabet mejta b’dik il-libsa nhar it-tieġ tagħha filgħodu. Misteru ta’ qtil jiżvolġi fil-qalba ta’ storja ta’ mħabba, bi sfond kulturali ta’ ċirku tas-snin tletin. Storja ta’ mħabba waħda, li tiżvolġi fis-snin tletin, u oħra fil-preżent fejn Alan qiegħed jissielet mal-emozzjonijiet tiegħu għal apprendista, Liz; li ssaħħret mil-libsa u l-istorja warajha, tant li bdiet ir-riċerka tagħha stess dwar il-każ.

Episode #28

Ixxandar: 9 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -14 ġurnata
70 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN