L-intervista

Programm li jinkludi sensiela ta’ intervisti ma’ personalitajiet sportivi li magħhom se jkunu diskussi l-kisbiet preżenti, passati u l-aspirazzjonijiet futuri. Sandro Micallef, il-ġurnalista ta’ TVM Sport li se jmexxi l-programm, se jressaq iktar viċin lejn it-telespettaturi atleti elite li għandhom l-għan li jiksbu iktar suċċess personali u għall-isport lokali. Dan kollu fl-isfond tal-preparamenti ta’ pajjiżna biex fl-2023 jospita l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa u biex pajjiżna jipprova jikser ir-rekord ta’ medalji li qatt rebaħ. L-Intervista ma’… se jkun qed jiltaqa’ wkoll ma’ diversi sportivi veterana u uffiċjali Maltin li se jaqsmu l-esperjenzi u l-kisbiet tagħhom minn dak li jiftakru.

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN