Lenti

Dan huwa d-disa’ staġun tal-programm Lenti – storja ta’ kontinwità u aċċettazzjoni mit-telespettaturi tad-dar naturali tal-programm, l-istazzjon nazzjonali. Il-formula sempliċi u bla xinxilli u l-istil inimitabbli tal-konverżazzjonijiet li l-preżentatur, Albert Marshall, iħaddem biex jeskava l-identitajiet essenzjali tal-mistednin tiegħu forsi huma s-sigriet tas-suċċess ta’ Lenti. Is-sensiela, li se tibda tixxandar f’Ottubru, hija t-tielet waħda konsekuttiva li tiffoka fuq karattri Għawdxin. F’dawn il-programmi mtellgħa minn Għawdex, Albert jipprova jitfa’ dawl fuq l-elementi li jagħżlu l-identità Għawdxija minn dik Maltija: iċ-ċelebrazzjoni tad-diversità.

Episode #4

Ixxandar: 24 t'Ottubru 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 15 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN