Maltipur

MALTI PUR ser iwassal lit-telespettaturi l-oriġini u l-manifattura ta’ diversi prodotti maltin fosthom il-mużajk, ix-xemgħa, ix-xogħol tal-ġild, l-arti, xogħol tal-qasab fost tradizzjonijiet oħra fosthom il-logħob li nqata maż-żmien… F’kull programm ser inwaslu l-istorja ta’ wħud minn dawn il-suġġetti, ħa naraw minn fejn oriġinaw, kif inbidlu maż-żmien u x’wasal lil dik il-persuna li baqgħet taħdima. Barra minhekk ħa naraw, jekk dan l-oġett wasalx fi tmiem jew inkella għandu futur. Dan il-programm huwa kitba ta’ Alexis Callus, Preżentazzjoni ta’ Etienne Schembri kif ukoll Direzzjoni ta’ Jonathan Farrugia bi produzzjoni ta’ Flash Productions.

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN