Manwela

Manwela wasal għat-tielet u l-aħħar staġun tiegħu u se jġib tmiem għall-ispekulazzjoni kollha dwar lil min qiegħda tipproteġi u min fil-verità għandu r-riedni f’idejh. L-istorja se tiżvolġi b’mod li se jħalli lit-telespettaturi jħabblu moħħhom dwar min hu tassew il-moħħ wara dak kollu li qiegħed jiġri. Min qiegħed imexxi din ir-realtà mistura? Kull episodju se jispjega r-raġuni tal-għawġ kollu li għaddiet minnu Manwela… Qed tiġi protetta? Qed tiġi użata? X’se jsir minnha?

Episode #38

Peter mar għand Gina… x’qaltlu? X’se tagħmel… x’ġara? X’qaltlu Annabelle lil Noah dwar dak li xtaqet u dwar il-ġejjieni tiegħu u tal-familja tiegħu? Tgħid Peter jirnexxhielu jsib is-serratura li taqbel għaċ-ċavetta li għandu? Noah ċempel lill-uliedu b’urġenza… x’inhu jiġri?… x’ġara xħin Sarah ċemplet lil Faith? Naraw meta Rita Musú kienet marret fil-ħanut ta’ Gina… x’qaltilha… u Gina kienet aċċettat? X’kien hemm fir-recordings ta’ Rita? Min ċempel lil Noah?

Ixxandar: 17 ta' Ġunju 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 29 ġurnata
60 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN