Mill-Qarċilla sas-Salib

Dan huwa t-tielet staġun ta’ dan il-programm li fih nidħlu fis-swali fejn jinħadmu l-karrijiet għall-karnival ta’ Malta. Naraw lid-dilettanti jaħdmu l-kartapesta u jiżbgħu il-karrijiet bil-kuluri vivaċi li jafu jużaw. Narawhom iħitu l-kostumi u jħejju ż-żfin. Wara l-karnival inżuru wkoll lill-ħafna dilettanti tal-Ġimgħa l-Kbira biex niskopru l-ħafna passatempi li għandhom dawn in-nies. Mill-Qarċilla sas-Salib għandu produzzjoni u direzzjoni ta’ Marjo Paracandalo u preżentazzjoni ta’ Pawlu Micallef.

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN