MILL-QARĊILLA SAS-SALIB Il-programm li jidħol fl-imħażen tal-karnival. Hemm insegwu x-xogħol varju li jsir biex wieħed itella’ karru. Niltaqgħu ma’ kumpanniji taż-żfin u naraw minn iħit il-kostumi. Naraw l-isforz li qed isir minkejja l-inċertezza jekk hux ser isir il-karnival. Kif jibda r-Randan induru fuq id-dilettanti tal-Ġimgħa l-kbira, li din is-sena kienu diżappuntati bil-kbir minħabba li ma sar xejn. Din is-sena x’ser jiġri? Jippreżenta Pawlu Micallef. Produzzjoni u direzzjoni ta’ Marjo Parascandalo
Mill-Qarċilla sas-Salib
Episode #7
Ixxandar:
14 ta' Frar 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -52 ġurnata
30 minuta
