Minn jum għal jum

Minn Jum Għal Jum huwa programm ta’ 30/45 minuta li jibda f’Ottubru 2018. Dan se jiddiskuti diversi suġġetti soċjoreliġjużi fi studjo wara drama qasira rrekordjata, li se tkun ibbażata fuq il-ħajja ta’ kuljum fil-familja. Is-suġġetti se jvarjaw minn soċjali, reliġjużi, morali għal edukattivi. Se jkun hemm panel li jiddiskuti dawn il-kwistjonijiet minn perspettiva Kristjana u ta’ valuri morali sodi. Il-programm m’għandux l-għan li jgħallimna kif għandna ngħixu, iżda li jagħti ideat dwar kif nistgħu ngħixu ħajja serena u kuntenta, minkejja d-diffikultajiet kollha, li xi drabi forsi jtellfulna t-tama li se jirnexxielna nkampaw bis-sitwazzjoni.

Il-preżentatriċi se tħeġġeġ lill-mistednin u lill-udjenza biex ikollhom diskussjoni interessanti u ta’ ġid. Produzzjoni ta’ Cam Productions int. Direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Episode #38

Il-Ħadd 16 ta’ Gunju nkunu iċċelebrajna Jum il-Missier, u kif għamilna ġurnata wara li ċċelebrajna Jum l-Omm ħsibna li niddedikaw dan il-programm għall missirijiet kollha. Fl-istudios ser ikollna lill Ian J Vella, jew kif inhu aktar magħruf J ANVIL, u t-tifla tiegħu Jade, fejn ukoll ser jgħidilna xi tfisser għalih il-familja. Fr. Rene u Pauline ukoll ser ikunu mistiedna u ser jagħtu l-kontribut tagħhom f’dan il-programm. L-atturi Maria u Lawrence Grech ser jirreċtaw għas-silta ddrammattizzata tal-lum miktuba minn Natasha Turner. Xi rwol għandu jkollu l-missier fil-familja? Kemm għandu hu wkoll jieħu ħsieb lit-tfal u jgħin lill mara tiegħu? X’sodisfazzjon iħoss missier meta jara li t-tfal tiegħu jkunu rnexew fil-ħajja.

Produzzjoni eżekuttiva ta’ CPI Media, Direzzjoni ta’ Fr. Louis Mallia mssp

Ixxandar: 17 ta' Ġunju 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 29 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN