Minn jum għal jum

Minn Jum Għal Jum huwa programm ta’ 30/45 minuta li jibda f’Ottubru 2018. Dan se jiddiskuti diversi suġġetti soċjoreliġjużi fi studjo wara drama qasira rrekordjata, li se tkun ibbażata fuq il-ħajja ta’ kuljum fil-familja. Is-suġġetti se jvarjaw minn soċjali, reliġjużi, morali għal edukattivi. Se jkun hemm panel li jiddiskuti dawn il-kwistjonijiet minn perspettiva Kristjana u ta’ valuri morali sodi. Il-programm m’għandux l-għan li jgħallimna kif għandna ngħixu, iżda li jagħti ideat dwar kif nistgħu ngħixu ħajja serena u kuntenta, minkejja d-diffikultajiet kollha, li xi drabi forsi jtellfulna t-tama li se jirnexxielna nkampaw bis-sitwazzjoni.

Il-preżentatriċi se tħeġġeġ lill-mistednin u lill-udjenza biex ikollhom diskussjoni interessanti u ta’ ġid. Produzzjoni ta’ Cam Productions int. Direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Episode #27

Illum ser ikollna programm specjali hafna ghax Elaine Saliba Bonnici ser tintervista lill President ta’ Malta ghall-ahhar darba fil-kariga ta’ President.

X’kienu l-isfidi li kellha tiltaqa’ maghhom f’dawn l-ahhar 5 snin? Kemm kien facli jew difficli li mara president ikollha l-ko-operazzjoni ta’ dawk kollha li hadmu maghha>?

Hemm xi affarijiet li xtaqet taghmel imma ma kellhiex il-hin li tghamlu? Nafu kemm hi mara energika u hadmet hafna fis-socjal. X’inhu s-sodisfazzjon taghha fis-snin li ghamlet president ta’ Malta?

U minn hawn il-quddiem x’ser taghmel? Dawn u aktar huma l-mistoqsijiet li ser jigu mwiegba. Waqt il-programm ukoll ser naraw waqtiet mill presidenza taghha, waqtiet li hallewha hafna hena u sodisfazzjon.

Produzzjoni esekuttiva ta’ CPI Media, direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Ixxandar: 1 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -78 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN