Minn jum għal jum

Minn Jum Għal Jum huwa programm ta’ 30/45 minuta li jibda f’Ottubru 2018. Dan se jiddiskuti diversi suġġetti soċjoreliġjużi fi studjo wara drama qasira rrekordjata, li se tkun ibbażata fuq il-ħajja ta’ kuljum fil-familja. Is-suġġetti se jvarjaw minn soċjali, reliġjużi, morali għal edukattivi. Se jkun hemm panel li jiddiskuti dawn il-kwistjonijiet minn perspettiva Kristjana u ta’ valuri morali sodi. Il-programm m’għandux l-għan li jgħallimna kif għandna ngħixu, iżda li jagħti ideat dwar kif nistgħu ngħixu ħajja serena u kuntenta, minkejja d-diffikultajiet kollha, li xi drabi forsi jtellfulna t-tama li se jirnexxielna nkampaw bis-sitwazzjoni.

Il-preżentatriċi se tħeġġeġ lill-mistednin u lill-udjenza biex ikollhom diskussjoni interessanti u ta’ ġid. Produzzjoni ta’ Cam Productions int. Direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Episode #28

Ronald Briffa huwa l-mistieden principali tal-programm tal-lum Minn Jum ghal Jum ipprezentat minn Elaine Saliba Bonnici. Imma bhall kull gimgha Fr Rene Camilleri u Pauline Dimech ser ikunu wkoll fl-istudios biex jitkellmu dwar l-importanza li mhux kollox niehdu bis-serjeta ‘ imma nkunu nafu niccajtaw bejnietna u mal-ohrajn. Is-suggett huwa l-UMORIZMU . Nafu niehdu cajta jew nafu nghamluha fuq haddiehor biss? Nafu nkunu satirici jew anke din spiccat mill-vokabularju malti?

Huwa minnhu li meta wiehed jitbissem haddiehor tista tinbidillu l-burdata u jghamel gurnata jitbissem hu wkoll? Kemm hu mportanti li fil-hajja nkunu pozittivi.?

Silta’ drammatizzata miktuba minn Natasha Turner ukoll taghmel parti mportanti minn dan il-programm. Atturi bravi kull gimgha jiehdu sehem f’dawn is-siltiet qosra imma li dejjem ikun hemm xi tghid dwarhom.

Produzzjoni ezekuttiva ta’ CPI media, direzzjoni ta; Fr Louis Mallia mssp

Ixxandar: 8 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -16 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN