Minn jum għal jum

Minn Jum Għal Jum huwa programm ta’ 30/45 minuta li jibda f’Ottubru 2018. Dan se jiddiskuti diversi suġġetti soċjoreliġjużi fi studjo wara drama qasira rrekordjata, li se tkun ibbażata fuq il-ħajja ta’ kuljum fil-familja. Is-suġġetti se jvarjaw minn soċjali, reliġjużi, morali għal edukattivi. Se jkun hemm panel li jiddiskuti dawn il-kwistjonijiet minn perspettiva Kristjana u ta’ valuri morali sodi. Il-programm m’għandux l-għan li jgħallimna kif għandna ngħixu, iżda li jagħti ideat dwar kif nistgħu ngħixu ħajja serena u kuntenta, minkejja d-diffikultajiet kollha, li xi drabi forsi jtellfulna t-tama li se jirnexxielna nkampaw bis-sitwazzjoni.

Il-preżentatriċi se tħeġġeġ lill-mistednin u lill-udjenza biex ikollhom diskussjoni interessanti u ta’ ġid. Produzzjoni ta’ Cam Productions int. Direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Episode #29

MINN JUM GHAL JUM – 15 t’April fil-5.30pm fuq TVM2 – repetizzjoni s-Sibt fis 7.30pm u l-Hadd fid-9.45am TVM2

Il-bieragh il-Hadd bdejna l-Gimgha Mqaddsa, ghaliex f’din il-gimgha nkunu qed niccelebraw Hamis ix-Xirka, il-Gimgha l-Kbira u l-Ghid Imqaddes, li hija l-aktar festa tal-Knisja.

Ghaliex inbatu? Hemm xi sens fit-tbatija? Hemm sens fit-tbatija ta’ Gesu li bata ghalina sal-mewt fuq is-Salib? Li kieku Gesu ma qamx mill-mewt, il-fidi kollha taghna x’sens kien jaghmel fiha?

Karl Wright Fr Louis Mallia u Pauline Dimech huma l-mistiedna tal-lum fejn ser jitkellmu dwar dan kollu u aktar. Anke Natasha Turner kitbet zewg siltiet sbieh hafna li wkoll ser jigu nterpretati minn atturi bravi.

Elaine Saliba Bonnici tipprezenta l-programm. Produzzjoni ezekuttiva ta’ CPI media, direzzjoni ta’ Paul Jones.

Ixxandar: 15 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -8 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN