Moħħok Hemm

Kwiżż divertenti ta’ kuljum bejn is-18:30 u s-19:15 fuq TVM immexxi minn Carlo Borg Bonaci li se jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu fuq it-televiżjoni wara nuqqas ta’ għaxar snin. Moħħok Hemm huwa intenzjonat li jattira lura dawk il-parteċipanti li kienu protagonisti fi quiz shows fil-passat u li lesti jisfidaw kompetituri oħra ġodda. Dawn tal-aħħar se jieħdu l-opportunità għall-ewwel darba li jaqsmu mat-telespettaturi t-talenti tagħhom. L-intenzjoni waħdanija hi dik li bl-għerf u l-personalità tagħhom jiddevertu lill-udjenza u jirsistu sabiex jirbħu premijiet kbar ta’ kull ġimgħa! Jassisti lil Carlo f’Moħħok Hemm se jkun hemm Gordon Bonello bi rwol partikolari waqt mumenti minn dan il-kwiżż. Ir-rebbieħa kollha ta’ kull ġimgħa se jerġgħu jiltaqgħu lejn l-aħħar ġimgħat tas-sensiela biex jikkompetu bejniethom f’tournament li jwassalna biex inkunu nafu min se jkun ir-rebbieħ fuq ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni  ta’ Moħħok Hemm.

Episode #20

Ixxandar: 22 t'Ottubru 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 13 ġurnata
45 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN