Mustaċċuni

Jekk il-Ġimgħa filgħaxija ma kont tibdlu ma’ xejn, se jkollok terġa’ taħsibha hekk kif l-imħuħ wara wħud mill-aktar programmi televiżivi għal qalbek se jkunu qegħdin itellgħu flimkien programm televiżiv għalkollox ġdid li bla dubju se jżommok imwaħħal mat-televixin.

Il-programm se jkun ippreżentat minn ħadd ħlief il-leġġendarju Ray Calleja u Ron Briffa, il-preżentatur tal-aktar programm favorit tal-Ġimgħa filgħaxija matul ix-xhur li għaddew.

M’għandniex dubbju li kull nhar ta’ Ġimgħa, mill-1 ta’ Ottubru li ġej fuq TVM, Ray u Ron flimkien mal-mistednin tagħhom se jżommuk fuq ix-xwiek b’dak kollu li se jiddeċiedu li joħorġu bih!

Episode #2

Ixxandar: 8 t'Ottubru 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 8 ġurnata
120 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN