Ninvestigaw x’qed nieklu

Bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jackie Mercieca, Ninvestigaw X’Qed Nieklu jgħinna nifhmu l-ikel. Meta ma niklux l-ikel it-tajjeb, dan jista’ jħalli impatt negattiv jew ikun ta’ ħsara għal ġisimna, moħħna u l-benesseri tagħna. Min-naħa l-oħra l-ikel jista’ jagħtina pjaċir, ikun esperjenza interessanti u jkun ta’ mediċina u s-sors ta’ ħajja b’saħħitha. Flimkien ma’ produtturi tal-ikel, tobba, xjentisti, esperti fil-mediċina alternattiva, nutrizzjonisti, diversi awtoritajiet u persuni mill-industrija tal-ikel, se nesploraw, nanalizzaw, nistaqsu mistoqsijiet u nsibu tweġibiet. Ninvestigaw X’Qed Nieklu – fejn ix-xjenza, l-istorja u l-ikel jinġabru flimkien biex jgħinuna nagħmlu għażliet aħjar.

Episode #10

Ixxandar: 9 ta' Diċembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 25 ġurnata
50 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN