Pass Pass għal Auschwitz – SkedaSajf

EP_01 >>Fl-Ewwel programm ta’ din is-sensiela ser naraw x’ sar qabel l-Olokawst. Min hu Hitler u kif ħa l-poter f’ idu…. Xi pjanijiet kellhu għal Lhud kif ukoll kif beda rid jara lid-Dinja mill-vista tiegħu.

EP_02 >>Fit-Tieni programm ta’ din is-sensiela ser naraw x’ kienet il-Kristallnaht kif ukoll x’ wassal lil Gvern Brittaniku biex isalva għexiren ta’ tfal innoċenti, u x’ kien il-kindertransport?

EP_03 >> Fit-tielet programm ta’ din is-sensiela ser naraw kif Hitler invada lil Polonja u x’ kienu l-Eunstangruppen? X’ wassal għal massakru ta’ diveri nies?

EP_04 >> Fir-Raba’ programm ta’ din is-sensiela ser naraw liema kienu l-ewwel Ghettos illi nfettħu, għaliex infettħu u min kien jgħix fihom. Ħa naraw l-esperjenza ta’ wħud min-nies li kienu jgħixu fihom, kif ukoll x’ kien jikkonsisti x-xogħol sfurzat.

EP_05 >> Fil-ħames programm ta’ din is-sensiela ser naraw kif il-Lhud li kienu joqgħodu fil-Ghettos kienu jikkomunikaw man-nies ta’ barra permezz tal-ittri, imma dawn l-ittri dejjem waslu? Barra dan, il-Lhud kif kienu jistaħbew biex ma jinqabdux

EP_06 >> Fis-sitt programm ta’ din is-sensiela ser naraw x’ differenza hemm bejn kamp tal-mewt u kamp tal-konċentrament? U x’ kienu is-subcamps? X’ wassal għas-soluzzjoni finali?

EP_07 >>Fis-seba’ programm ta’ din il-produzzjoni ser naraw x’ kienet l-aħħar soluzzjoni għan-Nażisti, kif ukoll nidħlu f’Auschwitz fejn ser naraw x’ jikkonsiti, l-bidu tiegħu kif ukoll idea ġenerali ta’ x’ kien dan il-post.

EP_08 >>Fit-tmien programm ta’ din is-sensiela ser naraw kif beda l-kamp ta’ Auschwitz, kif waslu l-ewwel nies fih u minn x’hiex għaddew… X’ kien l-irwol ta’ Josef Mengele u xi skop kellhom li jiftħu dan il-kamp.

EP_09 >> Fil-programm illi jmiss ta’ din il-produzzjoni ser naraw kif hija l-ħajja ta’ kuljum f’Auschwitz, minn x’hiex huma għaddejien il-lpriġunieri kif ukoll kif qegħdin jiġu stmati. Barra minhekk ser naraw id-diversi ħruxija li kienet jgħaddu minnha u x-xoghol differenti li kienu jagħmlu.

EP_10 >> Fl-Għaxar programm ta’ din il-produzzjoni ser naraw x’kienu jagħmlu fil-ħin liberu tagħhom kif ukoll kif kienet iffurmata l-orkestra t’Auschwitz. X’ kien ix-xogħol illi kien ikollhom jagħmlu l-priġunieri f’Auschwitz kif ukoll x’kien isir fid-diversi blokki li hemm f’dan il-kamp speċjalment fi blokka numru 11 fejn irnexxilena ninżlu b’kamera u naraw ftit mill-moħqrija li kienu jgħaddu minnha f’dan il-kamp. Bħal l-programmi passati, dan il-programm jinkludi xi xeni li jistaw jimpressjonaw.

EP_11 >> Fil-ħdax-il programm ta’ din is-sensiela ser naraw ftit mill-esperimenti krudili li kienu jsiru fuq dawn il-priġunieri minn Dr Menegele fejn dawn l-esperimenti kienu jsiru mingħajr ebda lopju. Fit-tieni parti tal-programm ser naraw jekk qatx ħarbu nies minn Auschwitz u jekk iva kif ħarbu u meta. Iżda, jekk min ħarab inqabad, x’ kien jiġri minnhu?

EP_12 >>  Fit-tnax-il programm ta’ din is-sensiela ser naraw kif il-kampijiet ġew illiberati, x’ħassew il-priġunieri waqt illi kienu qed jinħarġu mill-kamp kif ukoll x’kienu il-marċijiet tal-mewt. X’sabu fil-kampijiet u liema kienet l-aktar ħaġa xokkanti?

EP_13 >> Fit-Tlettax-il Programm ta’ din is-sensiela ser naraw x’ sar wara l-liberazzjoni tal-kampijiet kif ukoll x’pieni ħadu dawk illi kienu nvoluti. Ħa naraw ukoll ir-reazzjoni tal-eks-priġunieri llum il-ġurnata kif ukoll kif qed titfakkar din il-ġrajja.

Episode #10

EP_01 >>Fl-Ewwel programm ta’ din is-sensiela ser naraw x’ sar qabel l-Olokawst. Min hu Hitler u kif ħa l-poter f’ idu…. Xi pjanijiet kellhu għal Lhud kif ukoll kif beda…

Ixxandar: 4 ta' Settembru 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -10 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN