Popolin

POPOLIN ser ikun il-programm televiżiv li joffri pjattaforma ta’ diskussjoni dettaljata u mistħarġa, b’mistoqsijiet diretti fuq suġġetti varji minn dak kollu li jkun qiegħed iseħħ madwarna. Il-programm ser ikun qiegħed jgħati ħarsa lejn suġġetti kurrenti, aħbarijiet, iżda fuq kollox stejjer umani, soċjali u kontenut ieħor ta’ interess ġenerali.  Popolin għandu l-għan li jesprimi u joffri spazzju għall-istorja ta’ kulħadd, b’aħbarijiet u stejjer interessanti li mhux neċessarjament jiġu r-rappurtati ser ikollhom ukoll l-ispazju tagħhom.  Preżentat minn Quinton Scerri l-programm għandu jservi ta’ pjattaforma għall-ħsibijiet u opinjonijiet varji, b’rappurtaġġ mistħarreġġ bir-reqqa u stejjer li mhux neċessarjament nisimgħu u naqraw dwarhom, bl-għan ewlieni li jingħata spazzju lill-poplu kollu.  L-użu tat-teknoloġija moderna ser tkun parti essenzjali mill-programm fejn l-poplu segwaċi ser ikollu iċ-ċans li jikkumenta u jgħid tiegħu filwaqt li jipparteċipa fid-diskussjoni. Dan bl-għan li nwieġbu għad-domanda ta’ żminijietna u nilħqu l- aspettattivi ta’ min isegwina.  Popolin ser ikun mifrux għall-ewwel darba fuq il-pjattaformi diġitali ta’ Television Malta bl-għan li jintlaħqu udjenzi varji.

Episode #18

Ixxandar: 22 t'Ottubru 2020
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -32 ġurnata
45 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN