Sensilhena

Kull tema li ser tiġi diskussa trid tagħti sens tal-ħajja? U ser nistaqsu fejn ser insibu dan is-sens? Kif ser inħabbat din ir-realtà mal-esperjenza t’Alla u l-ħajja?  F’din is-sensiela ta’ programmi, Christine Delicata, il-preżentattriċi tal-programm, ser tiddiskuti l-mixja tal-bniedem, mit-twelid sa meta jmut.  Alla li ħalaq lill-univers u lill-bniedem. Il-bniedem li kuljum joħloq lil bniedem ieħor.  Waqt il-programm ser ikollna klipp li tkun marbuta mas-suġġett li qed jigi diskuss, klipp li ser jieħu ħsiebha l-istoriku tal-arti Hilary Spiteri, fejn kull ġimgħa ser jagħtina tagħrif dwar biċċa xogħol tal-arti. Fl-aħħar tal-programm, mistieden ieħor jew oħra ser jagħtuna għeluq denju għal dak li nkunu smajna tul il-programm kollu.  B’hekk wieħed ikun jista’ jirrifletti fil-kwiet ta’ daru u mal-familja. Produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi Media.

 

Episode #7

L-Isports huwa suġġett li dejjem kien importanti fl-iżvilupp tal-bniedem. Jista jgħin ħafna kif wieħed jirreaġixxi miegħu nnifsu u ma sħabu. Kif jista jieħu ħsieb saħħtu u jżomm “fit”. Dan hu s-suġġett li Christine Delicata ser titkellem dwarhu ma David Azzopardi li huwa sports master tal-iskola San Alwigi. Illum forsi sirna aktar konxi li hemm bżonn sa minn mindu nkunu zgħar, nieħdu ħsieb saħħitna u nkunu nafu aktar kif nirrelataw ma’ xulxin. Ma’ Hilary Spiteri morna il-kulleġġ ta; De La Salle, fejn tkellem dwar il-monument xogħol ta’ Envin Cremona ta’ San Ġwann il-Battista de La Salle. Fl-aħħar clip ser nisimgħu lill Pauline Dimech, titkellem fi clip rrikordjata dwar l-bżonn spiritwali fl-edukazzjoni u fl-isport. Wieħed jista jidħol fil-facebook page Sensilhena u jara aktar dettalji u jista jgħaddi kummenti wkoll.

Produzzjoni eżekuttiva ta’ CPI media, direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia

Ixxandar: 13 ta' Novembru 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 26 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN