Sibtek

Sibtek, programm ta’ suċċess fid-divertiment, bi preżentazzjoni enerġetika u li joffri diversi emozzjonijiet u kurżitajiet, se jerġa’ lura għall-10 Staġun tiegħu. Se jkun xow aktar dinamiku, b’aktar sorpiżi, gossip, divertiment u intrigi, fejn se jżomm lill-udjenza tas-Sibt waranofsinhar affaxxinati, mingħajr ma jitlef l-ingredjenti li l-pubbliku jħobb u jistenna bil-ħerqa. Il-preżentatur kariżmatiku Ryan Borg se jmexxi l-programm fil-format il-ġdid, fejn kull ġimgħa se jkun hemm diskussjonijiet interessanti dwar suġġetti differenti ma’ persuni magħrufa Maltin, bosta sopriżi u logħob divertenti fejn naraw lill-personalitajiet Maltin kif qatt ma rajniehom qabel! Iż-żjarat fid-djar tal-VIPs u ħarsa lejn ix-xogħlijiet u l-ħajja romantika tagħhom se jinżlu għasel mat-telespettaturi għal dan l-istaġun il-ġdid. Sibtek – L-aqwa programm f’Malta għas-Sibt waranofsinhar.

Episode #10

Ixxandar: 8 ta' Diċembru 2018
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 26 ġurnata
195 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN