Snekks

F’ħames minuti flimkien, tliet darbiet fil-ġimgħa, se naqsmu magħkom riċetti ħfief, snekks faċli għal kulħadd. L-għan ta’ Snekks hu li nagħtu ideat ta’ kif wieħed jista’ jipprepara snekk ta’ malajr bi ftit ingredjenti u fl-istess ħin inkunu qed nieklu tajjeb u sustanzjuż. Kulħadd jgħix ħajja mgħaġġla, kemm dawk in-nisa tad-dar kif ukoll dawk li jaħdmu. Għaldaqstant, ħafna jikkonfondu x’se jsajru jew x’se jieklu, speċjalment meta jkunu d-dar waħedhom u ħafna drabi jispiċċaw inaqqru! Għalhekk, se nkun jien, Marika Caruana Smith, li se nipprepara u naqsam dawn ir-riċetti magħkom biex nurikom li biex wieħed isajjar u jipprepara snekk m’hemmx għalfejn ikun chef professjonali. Bi ftit kreattività, informazzjoni u ideat nistgħu nibdlu d-dieta tagħna għal waħda bbilanċjata u li tagħmel ġid lil saħħitna.

Episode #12

Ixxandar: 22 t'Ottubru 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 13 ġurnata
15 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN