Sports Panorama – il-programm twil 75 minuta li se jkopri l-hekk imsejħa dixxiplini sportivi “sekondarji” li ma tantx jiġu esposti fil-programmi prinċipali.
Sports Panorama mhux biss jitfa’ dawl fuq avvenimenti sportivi bħalma huma r-rugby, it-tbaħħir, il-handball, il-hockey, il-volleyball, il-motorsports, it-tennis, iċ-ċikliżmu, l-atletika, it-triatlon, u ħafna oħrajn, iżda ladarba huwa skedat fil-ħin u l-ġurnata l-ideali, il-Ġimgħa filgħaxija, jagħti ħarsa wkoll fuq l-isports prinċipali tat-tmiem il-ġimgħa: inklużi l-futbol lokali u internazzjonali.
Sports Panorama huwa programm f’xandira diretta mill-studios tiegħu b’mistednin differenti minn ġimgħa għall-oħra. Iħejji wkoll servizzi interessanti b’perspettiva differenti fuq kwistjonijiet sportivi tal-mument, kif ukoll xandiriet diretti minn fejn jintlagħab l-isport