Taħbil il-moħħ

TAĦBIL IL-MOĦĦ huwa programm animat qasir li fih jintqal proverbju, idjoma, jew qawl Malti. Dan se jsir bi storja sempliċi differenti kuljum fejn fih naraw din it-taħbila u l-użu tagħha b’eżempji prattiċi li nsibu fil-ħajja ta’ kuljum. Wara kull taħbila, ikun hemm l-ispjega fuq il-frażi partikolari li tkun intqalgħet. L-għan tal-programm huwa li titqanqal aktar l-idea tal-Ilsien Malti u t-tradizzjonijiet li writna minn missirijietna, anki fit-taħbil il-moħħ. Kull ġurnata tal-ġimgħa għandha karattri partikolari u distinti, sabiex wieħed jorbot ukoll il-ġurnata partikolari tal-ġimgħa. Din l-animazzjoni se tkun pjaċevoli kemm għaż-żgħar, kif ukoll għal udjenza aktar matura. Produzzjoni ta’ DeeMedia.tv Limited.

Episode #16

Ixxandar: 19 t'Ottubru 2020
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 6 ġurnata
15 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN