Teledrammi – Nostalġija u tifkiriet

Sensiela li treġġa’ lura diversi tifkiriet, fejn infakkru sensiliet popolari tat-televiżjoni bħal Id-Dar tas-Soru, Fredu l-Fra, Wirt, Aħna aħna jew m’aħniex, u ħafna aktar. Is-sensiela se tagħti ħarsa lejn filmati ta’ wara l-kwinti u anki siltiet meħuda mid-drama reali kif rajnieha fuq it-televiżjoni tagħna anki f’verżjonijiet monokromatiċi. Se jkollna ċans ukoll nitkellmu ma’ persuni ewlenin f’dan il-qasam bħal diretturi, produtturi, u atturi li kellhom rwol ewlieni fis-suċċess ta’ dawn is-sensiliet televiżivi tant maħbuba mill-udjenzi Maltin.

George Micellef – Fredu l-Fra

Ixxandar: 3 ta' Frar 2020
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 9 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN