Teledrammi – Nostalġija u tifkiriet

Sensiela li treġġa’ lura diversi tifkiriet, fejn infakkru sensiliet popolari tat-televiżjoni bħal Id-Dar tas-Soru, Fredu l-Fra, Wirt, Aħna aħna jew m’aħniex, u ħafna aktar. Is-sensiela se tagħti ħarsa lejn filmati ta’ wara l-kwinti u anki siltiet meħuda mid-drama reali kif rajnieha fuq it-televiżjoni tagħna anki f’verżjonijiet monokromatiċi. Se jkollna ċans ukoll nitkellmu ma’ persuni ewlenin f’dan il-qasam bħal diretturi, produtturi, u atturi li kellhom rwol ewlieni fis-suċċess ta’ dawn is-sensiliet televiżivi tant maħbuba mill-udjenzi Maltin.

Episode #26

Is-sensiela Teledrammi: Nostalgija u tifkiriet tasal fi tmiemha bl-ahhar programm li ukoll se jkun iddedikat ghat-teleserje Wirt. Nfakkru l-memorja ta’ Lino Grech, ikona tax-xogholijiet drammatici kemm ghat-teatru u anki ghat-televizjoni. F’Wirt ghal darb ohra Lino Grech rega hadem mill-qrib ma Lino Farrugia. Partijiet sostanzjali minn dan id-dramm ingibdu f’Villa Parisio Hal Lija, proprju d-dar ta’ Mabel Strickland u jidhru evidenti kmamar u ghamara mil-isbah f’din il-villa li komplew taw raffinatezza lil dan ix-xoghol marbut mas-snin 1900. Matul dawn iz-zewg skedi Teledrammi: Nostalgija u tifkiriet ta harsa lejn produzzjonijiet ta’ bejn l-1976 u wasalna sas-sena 2000, fi vjagg nostalgiku u importanti li huwa parti mill-istorja tax-xandir u t-teatru f’Malta.

Ixxandar: 29 ta' Marzu 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 8 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN