Teżori mill-Belt Siekta

Is-swar imponenti tal-Imdina, il-belt medjevali u barokka hija mimlija stejjer li ftit huma magħrufa. Meta wieħed iserrep mat-toroq tagħha nkunu qed ngħaddu minn fuq l-istess post fejn għaddew eluf kbar ta’ nies – ħaddiema, bennejja, qassisin, artisti, raħhala, kif ukoll nobbli u anke rejiet. Toroq li raw demm jiġri fuqhom, tbatijiet li għaddew minnhom missirijietna, kif ukoll avvenimenti ta’ ferħ. X’hemm wara dawn il-ħitan? Xi stejjer hemm li jistgħu jagħtuna ħjiel dwar dak li illum huwa minsi? X’jgħidulna dawn is-swar antiki iżda imponenti. Teżori mill-Belt Siekta huwa programm fejn sejrin niskopru ftit minn dawn il-misteri, stejjer, avvenimenti kif ukoll persunaġġi li rabtu isimhom mal-belt nobbli, medjevali u siekta tal-Imdina.  Il-programm huwa produzzjoni ta’ DeeMedia.tv.

Episode #4

Ixxandar: 19 t'Ottubru 2021
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: 10 ġurnata
15 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN