Tiġrijiet Biss

Tiġrijiet Biss huwa programm ta’ darba fil-ġimgħa dwar it-tiġrijiet taż-żwiemel li jipprovdi ħarsa estensiva lejn ix-xena lokali tat-tiġrijiet taż-żwiemel u t-tiġrijiet li jsiru f’kull tmiem il-ġimgħa fil-Korsa tal-Marsa.

Dan huwa l-uniku programm dwar it-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta li jiffilmja kull tiġrija lokali permezz ta’ tliet kameras full HD. Minn żmien għal żmien, it-tim tal-produzzjoni jipproduċi wkoll filmati eċċitanti minn pajjiżi oħra.

Tiġrijiet Biss għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Kenneth Vella li huwa personalità magħrufa ferm fix-xena lokali u internazzjonali tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Il-produttur eżekuttiv tal-programm huwa Mario Demanuele, li huwa wkoll id-direttur ta’ Insomnia Productions.

Episode #27

Ixxandar: 2 t'April 2019
Numru ta' jiem li fadallu fis-sit: -22 ġurnata
30 minuta

IRREĠISTRA biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti minn TVM

IRREĠISTRA HAWN